Tiġrija b’karozzi speċjali Dragracing
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal TIĠRIJA B’KAROZZI SPEĊJALI jew DRAGRACING isir biż-żewġ idejn. Is-swaba’ jintlwew ’il ġewwa mingħajr ma jingħalqu. L-idejn jibdew livell mal-ispalla, fin-nofs, bil-pala tħares ’l isfel. L-idejn jintefgħu dritt ’il quddiem waqt li s-swaba’ jiddrittaw biex jiġu jħarsu ’l quddiem.
The sign for DRAGRACING is made with both hands. The fingers are bent over inwards without closing. The hands start at shoulder level, in the middle, with palms facing downwards. The hands are thrown straight forwards whilst the fingers straighten so that they now point forwards.